Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija ta’ baħri mill-Myanmar li ġie rrapurtat nieqes.
Pyae Sone Aung ta’ 30 sena deher l-aħħar il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar fuq bastiment.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Pyae Sone Aung jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anki b’mod kunfidenzjali, billi jċempel fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li huma 21 224001 jew 119. Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe` Għassa tal-Pulizija.
Sadanittant fl-aħħar sigħat rapporti fuq il-midja lokali sostnew li l-Pulizija kienet qed tfittex raġel li allegatament ħarab minn fuq vapur ankrat fil-Port Ħieles.
//= $special ?>


