Għalkemm Malta hi zgħira u l-lokalitajiet huma iżgħar, aorta waħda insibu affarijiet li jiddistingwixxuna minn xulxin, bħalma jiddistingwixxuna minn xulxin il-laqmijiet.
Fost il-ħafna laqmijiet, il-karkariżi huma mlaqqmin bħala dawk tal-patata ċatta. Jingħad li dan il-laqam ġie wara li grupp ta’ rġiel kienu qed jiddendlu mal-knisja sabiex itellgħu qanpiena u f’daqqa u l-ħin wieħed mix-xabbaturi waqa’ għal isfel u ġie fuq il-patata.
Minkejja dan, il-karkariżi nfuqhom jisħqu li dan il-laqam ma japplikax għal ħafna minhom prees li l-patata mhijiex fil-veritá ċatta! Il-karkariżi se jkunu qed jiddiskutu dan is-suġġett u aktar waqt il-programm ta’ ‘Fejn Għexna’ tal-lejla li jixxandar fis-6.05pm wara l-aħbarijiet ta’ Net News.
Waqt il-programm tal-lejla se nsegwu wkoll rakkonti tal-karkariżi li joħduna lura għal għexiren ta’ snin. Se nitkellmu wkoll dwar it-tradizzjoni antika li l-vara ta’ Santa Liena toħroġ filgħodu u mhux filgħaxija bħal bqija tal-festi l-oħra.
Kif sed nitkellmu dwar il-festa, se jkollna ċ-ċans niltaqgħu maż-żewġ każini ta’ Birkirkara mlaqqmin bħala tal-Għama u tal-Bagri u magħhom se niskopru minn fein ġew dawn il-laqmijiet u l-pika li teżisti ben it-tnejn.
Dan u iktar want il-programm ta’ Fejn Għexna tal-lejla… dejjem fuq Net Television.
//= $special ?>