Lokali

“Il-PN għandu obligu li jkun il-partit tas-sewwa” – Paula Mifsud Bonnici

Paula Mifsud Bonnici qalet li hija kburija li bħala President tal-Kunsill Ġenerali kienet parti mill-mixja politika tal-Partit Nazzjonalista. Minkejja d-difetti u t-telfa li ġarrab il-PN, hija saħħet il-konvinzjoni li l-Partit Nazzjonalista kien, għadu u jibqa’ l-akbar partit f’pajjiżna.

Mifsud Bonnici qalet li qiegħda fil-politika mhux għax twieldet fil-PN, iżda għax temmen f’dawk l-aktar prinċipji bażiċi u importanti, dak li huwa sewwa. Hija temmen fl-integrità, l-onestà, ir-rispett u d-dinjità ta’ kull persuna, il-valuri u l-prinċipji li dejjew sawwru dan il-Partit.

Il-lealtà lejn il-Partit Nazzjonalista hija tant kbira li mhix se ttemm ħidmietha għax laħaq dak u mhux l- ieħor. Il-mixja tagħha tispiċċa meta il-PN jinża dawn il-valuri tant importanti li jiddistingwuh mill-PL.

Il-fatt li reġgħet ġiet eletta ifisser li n-nies fdaw lill-Paula f’dak li tirrapreżenta, mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd. Biex il-PN jibqa’ sinonimu ma’ dak li huwa sewwa, il-PN irid jibqa’ sinonimu mal-libertà, id-demokrazija u l-ġustizzja.

“We have hit the rock bottom.” L-ikrollar tas-saltna tad-dritt u d-demokrazija ġew inkurunati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan ma kienx iseħħ li kieku kull min kellu jwettaq xogħlu, dan għamlu sewwa. Min kellu jipproteġi, falla u għalhekk, id-diċenza kienet titlob li l-Kummissarju jirriżenja, liema diċenza lanqas saqfet f’wiċċ pajjiżna. Fallew l-isttuzzjonijiet. AG u Pol. Comm. Ħmistax qabel Il-Prim Imħallef wissa li fallew l-istituzzjonijiet, fallew dawk li jirregolaw, fallew l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Hija qalet li ħadd mhu qed jagħmel xejn biex jiddefendina minn persuni mhux affidabbli, minn persuni kriminali. Morna lura 30 sena fi stat li l-kriminal iħossu komdu jagħmel dawl l-atti barbari għax min suppost qed iħarisna, dan qed idawwar wiċċu n-naħa l-oħra.

Quddiem it-tifrik tad-demokrazija u l-kollass tas-saltna tad-dritt, il-PN għandu ħafna x’jagħmel, għandu obligu li jkun partit tas-sewwa, li jemmen fl-inklussività, fl-ugwaljanza u fl-abbiltajiet ta’ kull persuna, li jirrazprezenta lil kull persuna f’kull saff tas-soċjetà. Jeħtieġ li jkollna ġustizzja soċjali u l-infrastruttura għandha tippermetti liż-żgħir iqum fuq saqajh.

Billi il-Partit Laburista reġa’ rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali, dan ma jfissirx li l-ħażin isir tajjeb. Paula Mifsud Bonnici tisħaq li mhix se tippermetti lill-Gvern idgħajjef il-fibra morali tant li dak li hu korrott ma jsirx tajjeb. Il-PN jeħtieġ jirranġa l-iżbalji sabiex il-poplu ma jsibux  dgħajjef.

Hija rringrazzjat lit-tmexxija preċedenti li magħhom ħadmet għal dawk l-aħħar 8 snin, snin li hija fihom tgħallmet ħafna mingħand il-kunsilliera. Għalkemm mhux dejjem qablu, trid tara li l-istess rispett kbir li kien hemm bejn it-tmexxija uxxenti għandu jinżamm lejn il-Kap il-ġdid Adrian Delia għall-ġid tal-Partit sabiex jibqa’ miexi ’l quddiem.  Ħidmietha se tissokta mingħajr pompożità, għajjat u tisbit biex tkun ta’ servizz għall-Partit li tant tgħożż.