Fl-okkażjoni tal-għid tal-imwiet, dalgħodu saret quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Addolorata b’tifkira tal-Pulizija li mietu.
L-ewwel saret quddiesa fil-kappella taċ-ċimiterju u wara tpoġġew kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-Korp tal-Pulizija.
Din iċ-ċerimonja ssir kull sena biex tfakkar lil dawk li kienu membri fil-Korp u m’għadhomx magħna u li wħud saħansitra mietu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.







