Internazzjonali

Interċettata missila fuq Riyadh

Uffiċjali fl-Arabja Sawdija ħabbru li kienu interċettaw missila li kienet sparata mill-Jemen lejn Riyadh.
Dan matul il-lejl tas-Sibt l-inħawi tal-Ajruport Internazzjonali Re Khalid. Il-missila kienet interċettata minn missili tas-sistema ta’ difiża Patriot. Bċejjeċ tal-missila niżlu fuq l-akwati tal-ajruport iżda ma kien hemm ebda rapport ta’ nies midruba.
Il-midja fl-Arabja Sawdija qalu li kienu r-ribelli Houthi fil-Jemen li sparaw il-missila. Filwaqt li fil-passat kien hemm każi fejn missili kienu sparati mill-Jemen lejn l-Arabja Sawdija, dawn qatt ma resqu qrib bliet popolati u tant ieħor lejn il-kapitali Riyadh.
L-awtoritajiet qalu li l-inċident ma wassal għal ebda tħarbit fl-ivvjaġġar bl-ajru.
L-Arabja Sawdija ilha mill-2015 tmexxi intervent militari mill-ajru fil-Jemen kontra r-ribelli Houthi, li jgawdu mill-appoġġ tal-Iran, u favur mil-President Abdrabbuh Mansour Hadi, li kellu l-għarfien internazzjonali.