Għadam it-Tnejn 6 ta’ Novembru, ser joħroġ għall-bejgħ il-ktejjeb Tisjir Mill-Qalb 2017 b’risq il-Malta Community Chest Fund. Kull min hu interessat jista’ jibbukkja kopja onlajn jew mill-uffiċċji tal-Malta Community Chest Fund Foundation fil-Belt Valletta jew San Anton kif ukoll minn ħwienet tal-kotba ewlenin f’Malta.
Apparti ir-riċetti kulinarji din l-edizzjoni tat spazju wkoll għal dawk il-koki Maltin li komplew il-karriera tagħhom lill’hinn minn xtutna iżda xorta waħda baqgħu fidili lejn l-għeruq Maltin. L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Tisjir Mil-Qalb ġiet deskritta bħala espressjoni ta’ gratitudni lejn dawk kollha li mal-mhedda taż-żmien komplew jinsistu fuq dak kollu li jsawwar lill-Maltin bħala nazzjon.
Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 21226226.
//= $special ?>


