Fil-port Taljan ta’ Salerno daħal bastiment tal-gwerra Spanjol, il-Cantabria, b’400 immigrant abbord. Abbord ukoll kien hemm 26 katavru ta’ nisa. Hemm ukoll disa’ nisa tqal li salvaw.
Il-vittmi kienu abbord lanċa li għerqet f’ibħra internazzjonali barra mill-kosta Libjana. Dawn intlemħu minn ħelikopter militari tal-vapur Spanjol u li qed jipparteċipa fil-missjoni ‘Sophia’ tal-Unjoni Ewropea barra mill-kosta Libjana. Imbagħad f’ħidma koordinata mill-Gwardja tal-Kosta Taljana sar is-salvataġġ.
Jidħol vapur fil-port ta’ Salerno b’26 katavru abbord


