Rivelazzjonijiet ġodda mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi(ICIJ) tul il-ġimgħa li ġejja se jitfgħu lil Malta f’dawl ikrah internazzjonalment hekk kif informazzjoni mir-reġistru tal-kumpaniji tal-MFSA ġie mgħoddi lill-ICIJ.
Ir-rivellazzjonijiet, magħrufin kollettivament bħala Paradise Papers, juru kif Malta hija destinazzjoni popolari għall-flus Ażeri u se tagħti idea tal-kobor tal-kummerċ barrani għaddej minn dawn il-gżejjer.
Il-fajls żvelati jinkludu reġistri tal-kumpaniji mill-iktar attivi ta’ gvernijiet li huma fost l-iktar sigriet fid-dinja, fosthom imsemmija Malta. Għalkemm ir-reġistru tal-kumpaniji f’Malta huma aċċessibli għall-pubbliku, ir-reġistru ma jħallikx issir taf l-isem tal-persuna marbuta mal-kumpanija.
Il-Professur Joe Bannister, ċermen uxxenti tal-MFSA, fir-rivelazzjonijiet tal-kumpanija offshore Appleby implikat li huwa kellu rabtiet ma’ IMHL, ażjenda Russa tal-faħam jew tad-djamanti. Skont l-istess rivelazzjoni, din l-ażjenda Russa qalet li Bannister kien fit-“tmexxija” ta’ ACP Special Situations no. 2, domiċiljata fil-British Virgin Islands.
Dan kollu qed jiġri fid-dawl tal-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia li reġa’ tefa’ dell ikrah internazzjonali fuq il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus f’Malta, partikolarment bir-rabta diretta ta’ esponenti għolja tal-Gvern Malti.
//= $special ?>


