Lokali

Raġel jittajjar waqt li kien qed jaqsam ħdejn Bieb il-Bombi

Raġel ta’ 68 mill-Ħamrun weġġa’ ħafif u ttieħed l-isptar Mater Dei meta dalgħodu għall-ħabta tas-7a.m ittajjar minn karozza misjuqa minn mara ta’ 43 sena fi Triq Nazzjonali fi Blata l-Bajda.

Ir-raġel kien qed jaqsam minn wara waħda mill-arkati ta’ Bieb il-Bombi u kien f’dan il-mument li ntlaqat mill-karozza li kienet għaddejja minn taħt waħda mill-arkati.

Fuq il-post waslu Pulizija mill-Għassa tal-Belt li qed jinvestigaw il-każ.