In-Network tas-Soċjeta’ Ċivili flimkien ma’ Occupy Justice il-Ħadd waranofsinhar organizzaw protesta paċifika sit-in quddiem id-Depot tal-Pulizija jitolbu ġustizzja għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Spikkaw fost l-oħrajn għadd ta’ tfal li flimkien mal-ġenituri tagħhom tajru għadd ta’ ajruplani tal-karti minn ħdejn ir-rixtellu ta’ barra, fid-direzzjoni tad-Depot tal-Pulizija b’messaġġi diretti lejn il-Kummissjarju sabiex jirriżenja u biex issir ġustizzja.
In-Netwerk tas-Soċjeta’ Ċivili għadha qed tinsisti fuq it-tliet talbiet tagħha – dik tar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija, ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali, u l-bdil fil-mod kif jinħatru – hekk kif dawn iż-żewġ karigi għandhom jiġu appuntati persuni li jgawdu l-fiduċja ta’ żewġ terzi tal-Parlament. Michael Briguglio, f’isem in-Netwek tas-Soċjetà Ċivili, tkellem magħna fuq l-inizjattivi li qed tħejji n-Netwerk quddiem din il-persistenza tal-Gvern ta’ Muscat.
Matul il-protesta kien hemm mużika live minn Beangrowers, Vince Fabri u Beesqueeze. Għadd ta’ bands beżgħu jdoqqu f’din il-protesta simbolika fost kultura ta’ biża’ li tinsab fil-pajjiż. Ħafna nies ħadu magħhom kartelluni, sfafar, tnabar u xemgħat u fissru magħna l-ħsibijiet tagħhom.
Mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, din kienet it-tielet dimostrazzjoni organizzata mis-socjeta civili, l-ewwel wahda saret fil-Belt, it-tieni saret il-gimgha l-ohra f’tas-Sliema u din ta’ quddiem id-depot.
Dawk preżenti ħadu magħhom ajruplani tal-karti, u fuqhom kitbu messaġġi li jixtiequ jibgħatu lill-Kummissarju tal-Pulizija – huma tajjru dawn l-istess ajruplani tal-karti minn ħdejn ir-rixtellu ta’ barra, fid-direzzjoni tad-Depot tal-Pulizija. L-organizzaturi nsistew li din hi protesta paċifika.
In-Netwerk tas-Soċjeta’ Ċivili għadha qed tinsisti fuq it-tliet talbiet tagħha – dik tar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija, ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali, u l-bdil fil-mod kif jinħatru – hekk kif dawn iż-żewġ karigi għandhom jiġu appuntati persuni li jgawdu l-fiduċja ta’ żewġ terzi tal-Parlament.
//= $special ?>













