Internazzjonali

Trump jibda vjaġġ twil fl-Asja

Il-President Donald J. Trump mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe.

Hekk kif il-President Amerikan Donald Trump wasal fil-Ġappun fi bidu ta’ vjaġġ fl-Asja, hu wissa biex ebda pajjiż ma jiddubita d-determinazzjoni tal-Istati Uniti.
Dan hu l-itwal vjaġġ minn President Amerikan fil-kontinent Asjatiku f’dawn l-aħħar 25 sena. Vjaġġ li fih Trump se jżur il-Korea t’Isfel, il-Vjetnam, il-Filippini u ċ-Ċina, apparti l-Ġappun.
Waqt li indirizza truppi Amerikani fil-bażi militari ta’ Yokota, hu wiegħed li kien se jassigura li l-militar kellu r-riżorsi meħtieġa biex iżomm il-paċi u jiddefendi l-libertà.
Il-vjaġġ qed isir fost tensjoni kbira fir-reġjun minħabba l-kriżi Koreana.
Qabel ma wasal il-Ġappun, Trump żvela wkoll li aktarx matul dan il-vjaġġ kien se jkun qed jiltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin.

L-Air Force One, mal-wasla fil-Yokota Air Base fil-Ġappun.
UIl-Presdient Amerikan mal-wasla tiegħu fil-Ġappun.

.