Edukazzjoni Lokali

FILMAT: L-istrajk tal-għalliema sospiż, se jitkomplu d-diskussjonijiet

L-istrajk tal-għalliema li kellu jsir l-Erbgħa li ġej ġie kkanċellat wara li ntlaħaq qbil bejn l-MUT u l-Gvern dwar il-ftehim settorjali għall-kundizzjonijiet aħjar għall-gradi kollha tal-għalliema. Ftehim li se jieħu l-proċess tiegħu tul il-ħames snin li ġejjin.

F’kummenti li ta l-dan l-istazzjon Marco Bonnici l-President tal-MUT qalilna li wara sensiela ta’ laqgħat dan il-qbil sa fl-aħħar intlaħaq

Bonnici qalilna li sfortunatament kellu jiġi msejjaħ strajk tal-għalliema biex sa fl-aħħar intlaħaq qbil fuq dak li talbu l-għalliema

Huwa temm jgħid li l-pass li jmiss huwa li issa jkomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-edukaturi fuq il-post tax-xogħol.