Lokali

Gwardjan l-isptar wara inċident f’Ħal Qormi

Gwardjan Lokali ttieħed lejn l-isptar Mater Dei wara inċident fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi, għall-ħabta tas-14.00. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Il-warden ta’ 47 sena kien għaddej bil-mutur meta ntlaqat minn vettura hekk kif kien ħiereġ minn triq fejn ix-showroom tal-Kia.

Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa u nfetħet tliet kwarti wara għall-ħabta tat-14.45.