Lokali Parlament

Il-gvern iressaq il-liġijiet iżda ma jieħu l-ebda passi fuq ir-rapporti tal-FIAU

– Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco

Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco qal li minkejja li l-gvern qed iressaq liġi kontra l-ħasil tal-flus, fir-realtà l-istess gvern mhux jieħu passi dwar il-fatti ta’ ħasil ta’ flus stabbiliti fir-rapporti tal-FIAU.

Fil-parlament Mario de Marco qal li din id-direttiva kellha tkun fis-seħħ f’Ġunju aktar kmieni u l-gvern ressaqha issa f’Novembru. Wara l-iskandlu tal-Panama Papers l-UE ħarġet regoli oħra biex tissaħħaħ id-direttiva. Hu qal li l-kumpaniji tal-igaming f’Malta jkunu kumpaniji ta’ reputazzjoni tajba li ma jkunu bl-ebda mod involuti fil-ħasil tal-flus għaliex hemm il-periklu li ssir ħsara lil Malta. Importanti li l-liġi tikkumbatti l-anonamità dwar min huma l-benefiċċjarji tat-trusts billi jkun maħluq reġistru biex iservi għal skopijiet ta’ due diligence. Għandhom jinżammu wkoll records dwar il-klijenti.

L-abbozz ta’ liġi hu fqir, sostna Mario de Marco, qa li jidehr li l-gvern ireid iwetatq diversi miżuri permezz ta’ liġi separata. Dan ifisser li l-parlament m’għandux l-istampa sħiħa quddiemu. F’Lulju li għadda l-FIAU ippubblikat dokument li kien abbozz tal-avviż legali jkollha tinħareġ biex timplimenta bis-sħiħ id-direttiva iżda dan baqa’ biss dokument ta’ konsultazzjoni.

Mario de Marco qal li hemm operaturi ewlenin fis-settur li ma jiffurmaxw parti imkien mill-kumitat li se jfassal l-istrateġija kontra l-ħasil tal-flus. Hu sostna li jkun tajjeb li l-FIAU tissaħħaħ għaliex dan hu kruċjali iżda nkunu qed nidħku bina nnfusna jekk din id-dikussjoni isir f’iżolazzjoni u bla kuntest tas-sitwazzjoni fil-pajjiż.

Mario de Marco kompla li dan il-Gvern injora lill-FIAU totalment billi r-rapporti li saru kienu injorati. Wara l-iskandlu tal-Panama Papers, l-FIAU għamlet rapporti li fih invetsigat lil Brian Tonna u lil Kkith Schembri. Fir-rapport kien stabbilit li hemm imformazzjoni suffiċjenti li hemm ħasil ta’ flus. Dan ir-rapport mar għand l-exKummissarju tal-Pulizija Michael Cassar fis-7 ta’ April 2016 li irriżenja hekk kif irċevih.

L-FIAU għamlet rapporti oħra dwar il-Bank Pilatus fejn intqal li l-Bank għandu numru ta’ nuqqasijiet u ksur ta’ regoli u li jesponu lill-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż għal riskju ogħli. Il-Kap tal-FIAU Manfred Galdes kellu jirriżenja waqt li żewġ uffiċjali ogħlja tal-FIAU fis-16 ta’ Ġunju 2017 kellhom l-impjieg tagħhom terminat. Il-Gvern ma ħa l-ebda passi waqt li l-Ministru tal-Finanzi qal li r-rapporti saur biex dawn ikunu żvelati.

Mario de Marco tkellem dwar il-mod kif il-gvern kisser l-istituzzjonijiet u kkritika l-mod kif il-gvern iressaq il-liġijiet iżda ma jimplimnethomx