– Simon Busuttil, PN
Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li wara li l-FIAU stabbilit tixħim u korruzzjoni fil-konfront ta’ uffiċjali tal-Gvern, il-gvern mhux biss m’għamel xejn u ma nvestiga lil ħadd iżda keċċa lill-uffiċjali tal-istess FIAU li kienu qed jinvestigaw il-korruzzjoni.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li din il-liġi dwar il-ħasil tal-flus u t-terroriżmu qed titressaq meta fil-pajjiż hawn inkjesti dwar ħasil ta’ flus u għalhekk din il-liġi ma tiswiex. Hu sostna li n-nies f’Kastilja ma jagħtux kas il-liġijiet tal-pajjiż. Waqt li semma l-qtil ta’ Daphne Caruna Galizia, Simon Busttil qal li Daphne kienet kixfet l-iskandlu tal-Panama Papers; liema skandlu kien fih riħa tinten ta’ ħasil ta’ flus.
L-ogħla uffiċjali tal-gvern illum huma fiċ-ċentru ta’ inkjesti ta’ ħasil ta’ flus, sostna Simon Busuttil, li kompla li l-gvern mhux kapaċi japplika l-liġi fuq l-ogħla uffiċjali tal-gvern. Simon Busuttil semma l-Paradise Papers fejn il-Kap tal-MFSA l-Professur Bannister hu involut b’interessi f’kumpanija Russa reġistrata fil-British Virgin Islands. Dan kien maħtur mill-Gvern Nazzjonalista u kien ri-appuntat mill-Gvern Laburista iżda dan mhux importanti għaliex jekk postu m’għadux tenibbli.
Simon Busuttil kompla li diġà ħierġa informazzjoni marbuta ma’ Malta minn Paradise Papers fejn qed jingħad li f’Malta u minn Malta jgħaddu aħfna flus b’interssi mill-Ażerbajġan. Dan se jgħaddef isem Malta. L-Assoċjazzjoni ta’ Malta ma’ pajjiż bħlal-Ażerbajġan qed ittpapan siem Malta.
Fuq l-aktar skandlu ta’ Panama Papers dak ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi u l-kumpanija sigrieta fil-Panama, il-Gvern m’għamel xejn. Il-Gvern hu assenti quddiem il-ħtieġa ta’ azzjoni għax il-ministri tal-gvern qed jgħidu li ma jridux jindaħlu meta fil-fatt huma indaħlu biex Keith Schembri u Konrad mizzi ma jkununx invettigati. Jekk iil-pajjiż irid jirraġna r-reputazzjoni tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinbidel. Wara sena kellu jmur hu tess (Simon Busuttil) li mar il-qorti u talab lill-maġistrat biex jinvestiga.
Il-Gvern oppona din it-talba li tinbeda l-investigazzjoni u appella anki meta l-Gvern laqa’ t-talba tiegħu għall-investigazzjoni. Simon Busttil kellu jiftaħ kawża kostituzzjonali minħabba l-Imħallef li qed jisma l-kawża hu miżżewweġ deputat Ewroparlamentari Laburista. Se nibqa’ niġġieled sakemm issir ġustizzja, sostna Simon Busttil.
Fis-26 ta’ Mejju 2017 kien żvelat l-iskandlu ta’ korruzzjoni dwar it-tixħim lil Konrad Mizzi u Keith Schembri mill-LNG tanker. L-FIAU investigat lil Konrad Mizzi u Keith Schembri u t-trasferimenti li pprovaw jagħmlu mingħand is-sidien tat-tanker tal-gass għal għand il-kumpaniji tagħhom fil-Panama permezz tal-kumpanija 17black. Daphne Caruana Galizia wkoll kitbet dwar 17black iżda ħadd ma nvestiga. X’sar mninnu dan ir-rapport tal-FIAU dwar dan il-każ, staqsa Simon Busuttil, li kompla li l-FIAU kienet qed tipprepara dan ir-rapport bħala fatt iżda ma ttieħdux passi dwaru. Ħadd ma jaf x’inhuma l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jerfa’ din ir-responsabbiltà dwar dan ir-rapport u sostna li ma sar xejn dwar ir-rapport tal-FIAU dwar Pilatus Bank fejn kien stabblit li dan hu bank dubjuż. L-FIAU investigat ukoll flus li skont l-istess FIAU ħa Keith Schembri fuq il-bejgħ tal-passporti. L-FIAU tibgħat ir-rapport għand il-pulizija u ma jsir xejn. Lanqas l-Avukat Ġenerali m’għamel xejn fuq dan il-każ; dan meta hu ċ-Chairman tal-istess FIAU u għalhekk għandu l-obbligu u l-poter li jieħu azzjoni.
Simon Busttil qal li min jaf kemm hemm rapporti tal-FIAU li m’humiex żvelati u sostna li l-Malta Institue of Accountants investiga lil Brian Tonna u Karl Cini li taw l-apporvazzjoni biex jinfetaħ kont fil-bank għal persuni fil-gvern. Dawn irriżenjaw biex ma jitkeċċewx. Il-Bord tal-Accountancy, li hu bord tal-gvern, m’għamel xejn. Ir-risposta tal-gvern ma nvestigax ir-rapporti tal-FIAU iżda ra kif jagħlaq ħalq in-nies u keċċa lill-investigaturi mill-FIAU
//= $special ?>