Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jintlaqa’ mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Kurja

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ mal-Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna fil-Kurja. Din kienet l-ewwel darba li Adrian Delia ltaqa’ mal-kap tal-Knisja Maltija sa mindu ntagħżel mit-tesserati tal-Partit Nazzjonalista.

Fil-kummenti tiegħu, l-Arċisqof qal li x-xewqa tal-Knisja hi li taħdem għall-ġid komuni mal-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż.

Fisser lill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala persuna importanti kemm fil-parlament kif ukoll fil-pajjiż u għalhekk fisser l-importanza ta’ djalogu kostanti.

Adrian Delia wkoll tkellem l-importanza ta’ djalogu mal-istituzzjonijiet bħall-Knisja, iktar u iktar fi żmien importanti għall-pajjiż. Hu ta d-disponibbiltà tiegħu għad-diskussjoni għall-ġid ta’ pajjiżna.