Wara l-elezzjoni li saret għall-President tal-Kunsill Ġenerali u dik tal-Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, issa bdiet l-aħħar fażi ta’ elezzjoni fil-PN, fejn se jkunu jistgħu jivvutaw it-tesserati. Mit-Tnejn infatti bdew jinġabru d-dokumenti tal-votazzjoni għall-Elezzjoni ta’ Viċi Kapijiet.
Id-dokumenti tal-Vot mill-Membri tal-Konvenzjoni Ġenerali jistgħu jinġabru mid-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pietà, mil-lum sal-Ġimgħa 10 ta’ Novembru, u mit-Tnejn 13 ta’ Novembru sal-Ħamis 16 ta’ Novembru bejn id-9.00 u s-18.00. F’Għawdex jistgħu jinġabru l-voti mis-Subheadqauerters tal-PN f’Ta’ Sannat mill-Erbgħa 8 ta’ Novembru u l-Ħamis 9 ta’ Novembru bejn l-10.00 u t-20.00 u l-Ħamis 16 ta’ Novembru bejn id-9.00 u s-18.00.
Huwa importanti li t-tesserati Mmebri u l-Membri tal-Konvenzjoni Ġenerali jġibu magħhom l-ittra li rċevew bid-dettalji tal-elezzjoni u tal-Karta tal-Identità.
L-elezzjoni għall-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista se ssir nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru bejn it-08.00 u d-21.00 f’Malta fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà, il-Każin Nazzjonalista f’Ħal Tarxien u fil-Parking ta’ quddiem it-Trade Fair fin-Naxxar f’Malta filwaqt li f’Għawdex il-ħin tal-elezzjoni huwa bejn it-08.00 u s-19,30 fis-Subheadquarters tal-Każin tal-PN f’Ta’ Sannat.
L-elezzjoni bikrija se ssir nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru fl-istess ħinijiet. Huwa importanti li biex wieħed jivvota għandu jieħu miegħu l-dokumenti tal-vot u kif ukoll il-Karta tal-Identità.
//= $special ?>