Internazzjonali

L-AWSTRALJA: Regoli ġodda dwar iċ-ċittadinanza

 

Il-Prim Ministru Awstraljan, Michael Turnbull, ħabbar ir-regoli ġodda biex il-politiċi federali kollha jiddikjaraw l-istatus taċ-ċittadinanza.

L-iżvilupp seħħ fost kwistjoni taħraq dwar iċ-ċittadinanza doppja, li wasslet biex sitt politiċi jitilfu l-karigi li kellhom.

Fl-Awstralja, ir-residenti biċ-ċittadinanza doppja mhumiex permessi li jikkuntestaw għal xi uffiċċju fuq livell federali.

Intant, Turnbull żvela r-regoli ġodda bil-għan li jneħħi l-inċertezza dwar l-eliġibbiltà tal-politiċi f’Canberra.

Fl-istess ħin, il-pjan ikun irid jgħaddi minn vot fil-Kmamar ta’ Fuq u ta’ Isfel tal-Parlament Awstraljan, qabel jista’ jidħol fis-seħħ.

Taħt il-pjan ġdid, il-politiċi jkunu obbligati li jagħmlu dikjarazzjoni formali dwar l-istatus taċ-ċittadinanza, waqt li jipprovdu dettalji dwar il-ħin u l-post tat-twelid, flimkien ma’ dettalji dwar il-ħin u l-post tat-twelid tal-ġenituri tagħhom.

F’każi fejn il-politiċi Awstraljani setgħu, xi darba, kellhom iċ-ċittadinanza ta’ pajjiż ieħor, huma jkunu mitluba biex jiddettaljaw ‘meta u kif huma kienu warrbu għaliha’.

Il-politiċi attwali jkollhom 21 jum biex jagħmlu d-dikjarazzjoni waqt li l-membri futuri tal-Parlament ikunu jridu jagħmlu din id-dikjarazzjoni ladarba jkunu eletti.