Rugby Sport

Malta titla’ fid-39 post fir-rankings tad-dinja

Azzjoni waqt il-logħba tat-tim nazzjonali kontra l-Kroazja (Ritratt: Matthew Tabone)

It-tim nazzjonali Malti laħaq l-aqwa ranking tiegħu meta tela’ fid-39 post fir-Rankings tad-Dinja wara li żied fil-punti bir-rebħa ta’ 56-8 fuq il-Kroazja, biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fir-Rugby Europe Conference 1 South.

Il-winger Christopher Dudman u l-iscrum half Thomas Holloway skorjaw żewġ tries kull wieħed quddiem attendenza tajba fil-Hibernians Stadium. Il-kumplament tat-tries waslu minn Rob Holloway, il-flanker Luke Watts, il-winger James Kirk, Anthony Harvey u James O’Brien.

B’din ir-rebħa, Malta telgħet tliet postijiet fir-rankings qabel il-Paragwaj, it-Tuneżija u l-Kolombja filwaqt li t-tim Malti tela’ fil-quċċata tal-klassifika tal-Conference 1 South, wara li fil-ġimgħa ta’ qabel kienu għelbu lil Bożnija 52-20. B’kawża ta’ din it-telfa, il-Kroazja niżlu tliet postijiet għas-57 post.

Tags