Iċ-champions tal-ewwel diviżjoni Marsaxlokk ħabbru l-akkwist tal-Ungeriż Norbert Hosnyánszky bħala l-barrani tagħhom għall-istaġun li ġej. Hosnyánszky li għandu 33 sena hu plejer ta’ esperjenza fix-xena internazzjonali fejn rebaħ id-deheb mal-Ungerija fl-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008.
Hu rebaħ ukoll id-deheb fil-Kampjonat tad-Dinja ta’ Barcelona fl-2013 u l-fidda din is-sena f’Budapest. Barra minn hekk, Hosnyánszky ħa sehem f’ħames edizzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew fejn dejjem spiċċa mal-ewwel tlieta, kif ukoll ħa sehem fil-FINA World League u l-FINA World Cup fejn spiċċa t-tieni fiż-żewġ okkażjonijiet.
Bħalissa hu qed jilgħab ma’ ZF Eger fl-Ungerija, u fil-karriera tiegħu rebaħ ħames darbiet il-Kampjonat Ungeriż u darbtejn it-Tazza Ungeriża.
Dan l-akkwist se jkompli jgħin lix-Xlukkajri biex mhux biss jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni iżda jippruvaw jirbħu l-play-off biex jilagħbu fil-Kampjonat Premier.
//= $special ?>