77 Great Estates flimkien mal-Istrina qed jingħaqdu flimkien biex jorganizzaw għall-karità ġurnata poker shootout tournament b’risq il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
F’dettalji li tħabbru fil-Casino ta’ Dragonara dan it-turnew se jkun organizzat fil-kamra tal-poker fl-istess Casino nhar l-24 ta’ Novembru, bl-ewwel rawnd ikun fit-3pm, bit-tieni rawnd jibda fis-6pm u bil-finali jkun fid-9pm.
Carl Peralta minn 77 Great Estates, fost id-dettalji li ta, għamel koraġiment lejn il-kumpanniji biex jipparteċipaw f’din l-attività, u jkollhom opportunità jippreżentaw fondi għall-Istrina fl-istess attività.
Franco Degabriele, direttur tal-lukanda Dragonara qal li mhux facli torganizza attività bħal din għax nies li jilghabu l-poker jilgħabu biex jirbħu iżda madanakollu biex tipparteċipa kull ma trid tħallas huwa 200EUR bl-ewwel 10 li jiġu f’din il-kompetizzjoni jirċievu 10% tar-rebħ.
Ir-rebbieħ tat-turnew għandu ċans li jmur fi Praga għall-Pokerstars Championships bejn is-7 u 18 ta’ Diċembru ta’ din is-sena.
Il-postijiet biex tipparteċipa f’din l-attività huma limitati u dawk li jridu jieħdu sehem jistgħu jibbukjaw post mil-lum.
Aktar informazzjoni dwar din l-attività tista ssibha fuq www.77greatestates.com/events.
//= $special ?>