Ajurplan tal-Air Malta ma tħalliex itir wara li l-awtoritajiet Taljani rċievew theddida ta’ bomba abbord l-ajruplan. L-ajurplan inżamm fl-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma sabiex isiru l-ispezzjonijiet neċessarji għal diversi sigħat, sakemm fl-aħħar tħalla jtir lura lejn Malta.
It-titjira tal-Air Malta KM 613 kellha titlaq minn Ruma lejn Malta f’11.45am, iżda minflok waslet Malta 4.37pm. Il-Pulizija Taljana għamlet spezzjonijiet fuq kemm il-passiġġiera u kif ukoll il-bagalji tagħhom.
Fuq din it-titjira tal-Air Malta, kienu mistennija jirkbu abbord passiġġiera tal-kumpaniji tal-ajru Meridiana u Alitalia, bit-titjiriet IG 9213 u AZ 7912 rispettivament – flimkien ma’ dawk li qatgħu l-biljett mal-Air Malta stess fuq it-titjira KM 613.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li hi tagħti importanza massima għas-saħħa u s-sigurta’ tal-klijenti u l-ħaddiema tagħha, filwaqt li l-istqarrija tenniet tgħid li l-Air Malta qed tagħmel dak kollu possibbli biex ma toħloqx inkonvenjenza lill-klijenti f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji.
//= $special ?>