Slaven Bilic tkeċċa minn manager ta’ West Ham wara l-bidu negattiv għal dan l-istaġun. Il-Hammers rebħu biss tnejn mill-ewwel 11-il logħba tal-Premier League u fl-aħħar logħba tagħhom is-Sibt tilfu 4-1 f’darhom kontra Liverpool.
B’din it-telfa, West Ham jinsabu fit-18-il post, u kawża ta’ dan Bilic, li aktar kmieni fl-istaġun kien darbtejn f’xifer li jitkeċċa, spiċċa biex tilef postu. Jidherli wieħed mill-favoriti li jieħu post Slaven Bilic hu l-manager David Moyes, bl-eks manager ta’ Everton u Manchester United diġà esprima pubblikament l-interess tiegħu f’din il-kariga.
Qabel ma’ tkeċċa Bilic, Moyes kien qal lil BeIN Sports li dejjem sostna li ried jirritorna jmexxi klabb u qal li jekk l-opportunità t-tajba tasal ikun interessat. “Għaddejt minnha jien u naf minn xiex Slaven hu għaddej fil-mument. Bħalissa jrid jikseb riżultat kemm jista’ jkun malajr. Jekk tun għad-dispożizzjoni iva nkun interessat, imma bħalissa mhix,” kien qal Moyes.
Jekk Moyes jieħu post Bilic ma’ West Ham, l-ewwel logħba fit-tmexxija tkun fid-19 ta’ Novembru kontra Watford F’Vicarage Road.
Bilic kien ingħaqad ma’ West Ham fis-sajf tal-2015 u mexxa lill-klabb għall-aħjar staġun tagħhom fil-Premier League f’dak li kien l-aħħar staġun tagħhom f’Upton Park. Huma kienu spiċċa fis-seba’ post bi 62 punt u assiguraw posthom fl-Europa League.
Iżda Bilic naqas li jirrepeti l-istess suċċess fit-tieni staġun, b’West Ham jonqsu li jikkwalifikaw għall-gruppi tal-Europa League fejn fosthom kienu sabuha diffiċli biex jeliminaw lit-tim Malti ta’ Birkirkara. Fil-Premier League, huma għamlu ħafna mill-istaġun jissieltu kontra r-relegazzjoni, iżda rnexxielhom jispiċċaw il-kampjonat fil-11-il post.
F’dan l-istaġun, Bilic mexxa lil Tottenham sal-kwarti tal-finali tal-League Cup wara li għelbu b’rimonta lir-rivali ta’ Londra Tottenham 3-2 ftit ilu, iżda r-riżultati fil-kampjonat wasslu biex tkeċċa.
//= $special ?>