Lokali

Aktar minn 3,300 student se jiggradwaw fil-jiem li ġejjin

Fil-jiem li ġejjin iktar minn 3,300 student tal-Università ta’ Malta se jkunu qed jiggradwaw f’diversi korijiet fil-livell ta’ Diploma, Baċellerat, Masters u Dottorat.

Il-Quddies tal-Gradwazzjoni se ssir il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġejjin fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt fis-6.30pm.

Imbagħad iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni jsiru bejn it-13 u l-21 ta’ Novembru fis-Sala ta’ Sir Temi Zammit fl-Università f’Tal-Qroqq għal dawk li se jiggradwaw fil-livell ta’ Diploma u Baċellerat.

Dawk li se jigradwaw b’Masters jew Dottorat se jkollhom iċ-ċerimonji tagħhom bejn it-22 ta’ Novembru u s-7 ta’ Diċembru fil-Knisja tal-Università l-Antika l-Belt.

B’kollox se jsiru 28 ċerimonja, li matulhom se jigradwaw kważi 2,000 mara u ftit iktar minn 1,300 raġel.