Lokali

BIR-RITRATTI: Il-Professur Anthony Zammit jingħata l-aħħar tislima

Fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbug illum ingħata l-aħħar tislima l-Professur Anthony Zammit.

Anthony Zammit li kellu 67 sena ħalla din id-dinja s-Sibt. Hu kien marid bil-kanċer.

Il-Professur Zammit serva bħala Deputat fil-Parlament bejn l-2008 u l-2013.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mill-ġdid wassal il-kondoljanzi lill-familja Zammit f’dan il-mument difficli filwaqt li attenda wkoll għall-funeral tal-Professur Zammit.

Il-Profs Zammit kien studja fl-Universita’ ta’ Malta u anke fil-Ġermanja. Kien ħadem wkoll bħala konsulent u kirurgu fl-Isptar Ġenerali ta’ San Luqa u kien anke jgħallem fl-Universita’ ta’ Malta.