Lokali Parlament

Ebda indħil politiku minn Jason Azzopardi dwar il-każ tal-propjetà fi Spinola

Is-Segretarju Permanenti Paul Zahra kkonferma quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li ma kellu l-ebda indħil politiku mill-minsitru ta’ dak iż-żmien Jason Azzopardi dwar il-każ tal-propjetà ta’ 83 Triq Spinola San Ġiljan.

Paul Zahra qal li hu kien Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ministru Jason Azzopardi qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u xehed li kien involut fil-każ tal-post ta’ Spinola b’mod każwali meta l-każ kien diġà beda. Dwar il-każ kienet saret laqgħa bl-involviment tad-Direttur Generali Iman Schembri, il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Ministru Azzopardi fost oħrajn għalkmem kien hemm diversi laqgħat oħra għaliex kien ovvju li l-każ tal-post ta’ Spinola kien diġà beda jkun diskuss.

Hu qal li kien hemm diskussjoni teknika dwr il-każ li kien tawwal ħafna. Kien hemm impenn għal soluzzjoni u hu fehem li r-rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Artijiet kienu se jagħmlu rapport lill-ministru. Il-laqgha ma damitx u kien hemm riżultat li jrid ikun hemm proposta tkenika mid-Dipartiment tal-Artijiet għal soluzzjoni.

Paul Zahra qal li mal-prassi kienet fejn fil-ftehim kien isir fid-Dipartiment tal-Artijiet għaliex dan kien aspett tekniku. id-Dipartiment tal-Artijiet jitratta mijiet ta’ każi dwar artijiet tal-Gvern, xehed Paul Zahra li ma eskludiex li kinen hemm laqgħat oħra bl-involviment tal-Ministru Azzopardi. Hu kompla li d-diskussjoni kienet dwar jekk il-post għandux jinxtara jew tingħatax kirja jew ċens. Dawn l-għażliet kienu diskussi mid-Direttur Ġenerali Schembri. L-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet ġew lura bir-rakkomandazzjonijiet.

Paul Zahra kompla li l-każ kien diġà matur għar-rakkomandazzjoni u d-diskussjoni kenet waħda teknika. Hu qal li l-Ministru kien ta l-approvazzjoni tiegħu għax mingħajrha ma kinx jitmexxa l-każ. Il-kontribuzzjoni tiegħi f’dik il-laqgħa kien miminu għaliex l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet kien diġà ħadu d-direzzjoni. Il-file bilfors mar għand il-Ministru la dan iffirmah.

Is-Segretarju Permanenti Paul Zahra qal li ma jiftakarx li Jason Azzopardi ċempillu dwar dan il-każ u sostna li l-Ministru Azzopardi kien diġà jaf bil-każ. Hu qal li ma jaħsibx li għamel rakkomandazzjoni dwar dan il-każ lill-Ministru ta’ dak iż-żmien Jason Azzopardi għalkemm ma jeskludix li kien hemm minuta fil-file f’dan is-sens; liema file hu kien għadda lill-Ministru Azzopardi. Fix-xhieda tiegħu, Paul Zahra kompla li d-deċiżjoni finali f’dawn il-każi hi tal-ministru wara r-rakkomandazzjoni tad-Direttur Ġenerali. Wara l-file imur id-dipartiment biex jittieħdu l-azzjonijiet. L-għażliet kienu tekniċi u legali.

Paul Zahra xehed ukoll li Jason Azzopardi kien iġib ruħu bl-istess mod kif iġibu ruħhom ministri oħra fejn kien kollu l-ispazju biex jopera. Hu qal li Jason Azzopardi qatt m’għamillu indħil politiku tal-Ministru Jason Azzopardi fix-xogħol tiegħu. Ix-xhud kompla li kategorikament, il-Ministru Jason Azzopardi qatt ma għamel pressjoni fuq xi każ dwar kif jittieħdu deċiżjonijiet f’xi każ ieħor. Zahra kompla li donnu qed jirriżulta li d-deċiżjoni finali dwar dan il-każ ħadha l-Ministru Jason Azzopardi.