Illum, ftit qabel is-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Żewġt irġiel Rumeni ġew arrestati ftit qabel ma’ telgħu fuq l-ajruplan wara li allegatament serqu xi prodotti kosmetiċi fost oġġetti oħra minn stabbiliment li jinsab fiz-zona tat-tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fuq il-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija fejn irnexxielhom iwaqqfu lis-suspettati ftit qabel ma’ telgħu fuq l-ajruplan.
Fil-pussess ta’ tliet bagalji li kienu qed iġorru magħhom instabu l-prodotti misruqa li jammontaw għal aktar minn €5,000.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>

