Għat-tielet darba fil-karriera tiegħu Davide Ballardini se jkun qed imexxi lit-tim ta’ Genoa. Dan wara li nhar il-Ħadd li għadda Genoa keċċew lill-kowċ Ivan Juric wara li tilfu 2-0 kontra r-rivali Sampdoria.
B’din it-telfa Genoa qegħdin fiz-zona tar-relegazzjoni. Ballardini, li għandu 53 sena se jkun qed imexxi lit-tim wara avventura ma’ Palermo.
Ballardini kien għamel parti mill-istaġun tal-2010-11 imexxi lil Genoa filwaqt li kien reġa’ mexxihom fit-tieni nofs tal-istaġun tal-2012-13. Dakinhar it-tim kien salva mir-relegazzjoni.
//= $special ?>