Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li għaddew ġimgħat mill-qtil ta’ Daphne Caruna Galizia, il-gvern għadu ma ħa l-ebda passi, għalhekk għall-Oppożizzjoni is-sitwazzjoni mhix waħda normali u se tkun qed tieħu l-passi kollha quddiem din ir-realtà.
Wara l-mistoqsijiet parlamentari fis-seduta tal-lejla, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab li jagħmel kjarifika u qal li fis-16 ta’ Ottubru 2017 nqatlet Daphne Caruana Galizia fejn l-Oppożizzjoni iddikjarat li l-budget hu irrilevanti. L-għada l-Prim Ministru wkoll qabel ma’ din il-pożizzjoni.
Ftit wara l-Oppożizzjoni pprovat tgħaddi mozzjoni parlamentari li tiddikjara li t-talbiet tas-soċjetà ċivili kienu ta’ natura uġrenti nazzjonali. Għall-ewwel il-gvern ma qabilx ma’ dan iżda wara spiċċa qabel u saret seduta biex f’mozzjoni kien hemm dibattitu bla vot.
Fid-dibattitu l-Oppożizzjoni talbet li la l-Gvern ukoll irrikonoxxa s-sitwazzjoni fil-pajjiż, allura kellu jingħata messaġġ ċar lill-poplu u jittieħdu miżuri immedjati kemm fi żmien sitt xhur kif ukoll fuq perjodu fit-tul. L-Oppożizzjoni tat parametri ċari biex isiru l-miżuri biex l-istituzzjonijiet jissaħħu. Hemm ukoll qbil li titnieda l-konvenzjoni kostituzzjoni biex il-kostituzzjoni tinbidel.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li issa għaddiet iktar minn ġimgħa minn dan id-dibattitu iżda ma sar xejn. L-Oppożizzjoni qed tiddikjara li l-bugdet hu irrilevanti, li hawn sitwazzjoni urġenti nazzjonali u li għalhekk għall-Oppożizzjoni dan mhux se jkun perjodu ta’ buisness as usual kif qed jaħseb il-gvern. Hu ċar li l-gvern tkellem u ddiskuta iżda qed isir attentat biex dak li seħħ jindifen. Għall-Opożizzjoni l-urġenza għadha għax l-istituzzjonijiet għadhom imnawrin. Hu stieden lill-gvern biex jibda jagħti sinjal wara li l-parlament kollu qabel li l-budget hu irrilevanti.
Adrian Delia kompla li trid ssir xi ħaġa għaliex il-parlament kollu iddikjara li din hi sitwazzjoni urġenti fuq livell nazzjonali. Il-gvern jidher li tilef fl-uġenza nazzjonali u għalhekk għandu jgħid x’se jagħmel għall-pajjiż. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara li dan mhux se jkun business as usual u l-Oppożizzjoni se tieħu l-passi kollha sakemm il-Gvern jieħu azzjoni.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb li l-Kap tal-Oppożizzjoni hu korrett dwar is-sitwazzjoni preżenti u sostna li l-Gvern m’għandux problema li jiddiskuti l-mozzjoni mressqa minn deputat tal-Oppożizzjoni. Il-gvern mhux se jwaqqaf id-diskussjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sostna l-Prim Ministru, li kompla li m’hemmx bażi legali u politika biex jintħeħew ċertu persuni minn karigi. Il-Gvern hu lest li jwettaq il-bidliet fil-kuntest kostituzzjonali.
Joseph Muscat qal li l-Gvern qatt ma qal li l-budget hu irrilevanti iżda qal li dak li ġara fil-pajjiż kien gravi.
//= $special ?>