Serb kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqgħet skip fuqu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16.30 fil-Magħtab, limiti tan-Naxxar meta għal xi raġuni waqgħet skip fuq il-vittma ta’ tnejn u erbghin sena hekk kif ir-raġel kien qiegħed jipprova jniżżel l-iskip minn fuq trakk sabiex titbattal.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

