Għall-425 Anniversarju tal-Paroċċa ta’ Ħal Tarxien il-MaltaPost informat lill-pubbliku li nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru se jinħareġ timbru speċjali li jfakkar dan l-avveniment tant ta’ għożża għat-Tarxiniżi. Dan it-timbru se jingħata mil-Malta Postal Museum fil-Belt Valletta.
Persuna tista tordna t-timbru speċjali mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew onlajn fuq www.maltaphilately.com – Telephone 25961740 – e-mail: info@maltaphilately.com
//= $special ?>


