Wara l-MUT, issa l-ħaddiema soċjali qed jitolbu dak li ħaqqhom permezz tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Ħaddiema Soċjali. L-assoċjazzjoni talbet li l-Gvern jismagħhom u appellat sabiex juri l-istess interess fil-professjoni tagħhom ukoll.
Fi stqarrija l-MASW insistiet li l-ħaddiema soċjali huma pedina importanti fis-soċjetà Maltija u għandhom bżonn jingħataw l-istess interess li ġew mgħotija l-għalliema.
Huma sostnew li jekk juri magħhom l-istess ħeġġa jkun tassew qed jagħti messaġġ b’saħħtu li lest jimxi id f’id mas-settur soċjali.
L-assoċjazzjoni saħqet li issa wasal iż-żmien sabiex jingħaqdu u jsemmgħu leħinhom sabiex flimkien iżidu aktar l-għarfien dwar kemm hija essenzjali l-professjoni tagħhom.
//= $special ?>


