– Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Sephen Spiteri qal li l-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa ħbew każ ta’ infezzjoni gravi li wasslet għall-mewt ta’ pazjent fl-Isptar Monte Carmeli.
Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tkellem dwar il-każ li seħħ fl-Isptar Monte Carmeli fejn pazjent miet f’infezzjoni fil-pulmun; skont iċ-ċerifikat tal-mewt. Fl-aħħar ġranet kien magħruf mill-media li dan il-pazjent, li kellu l-eta ta’ 50 sena, miet b’kundizzjoni tal-marda kaġunata mil-legionella.
Din hi marda serja li toqtol li iżda minkejja dan, il-każ baqa’ moħbi mill-awtoritajiet tas-saħħa u dawk saitarji tal-pajjiż u anki mill-Ministeru tas-Saħħa. Dan il-każ qisu l-kuntratti tal-Gvern mal-VGH, li kienu moħbija bl-iswed.
Stephen Spiteri staqsa għaliex il-gvern ħeba dan il-każ u qal li hu assurd li fi sptar lokali, pazjent imut b’infezzjoni li hi prevenibbli u li suppost ma tkunx preżenti fi sptar fejn l-indafa għandha tkun prijorità. Hu stabbilit li dan il-mikrobu jgħix fejn ma jkunx hemm ilma nadif jew anki fejn ma tkunx saret manutenzjoni ta’ apparat li jużaw l-ilma, fosthom air conditioners.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-awtoritajiet għandhom jispjegaw din is-sitwazzjoni. Ir-riżultat attwali tal-marda tal-pazjent dam ma ġie stabbilit u għalhekk tnaqqas iċ-ċans li l-pazjent jista’ jfieq jew jirkupra minnha.
Il-gvern għandu jerfa’ r-responsabbiltà. Fejn u x’ sar mir-rapport tal-ispettur sanitarju li kien fuq il-każ?, staqsa Stephen Spiteri, li kompla li dan kien cover up għaliex dan il-gvern ma jridx juri li fl-Isptar Monte Carmeli hemm telqa kbrira u li danhu każ ta’ traskurani fosthom fix-showers tal-pazjenti.
Dan il-każ jlqot ukoll lill-pazjenti l-oħra, il-care-workers, it-tobba u l-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dawn is-swali. Hu dritt tal-poplu li jkun jaf li kien hemm dan il-każ fl-Isptar Monte Crameli.
Stephen Spiteri appoġġa l-istqarrija tal-Assoċjazzoni tal-Psikjatrija li jaħdmu fl-isptar Monte Carmelo li wkoll ikkundannw in-nuqqas ta’ trasparenza f’dan il-każ u n-nuqqas ta’ komunikazzjoni. Il-pazjenti għandhom dritt li jkollhom kura adegwata u s-servizzi tas-saħħa m’għandhomx jiddiskriminaw.
Jeħtieġ li l-gvern jibda jitratta l-qasam tas-saħħa mentali b’mod serju għaliex mhux aċċettabbli jkun hemm pazjenti tfal b’diffikultajiet u jkun hemm waiting lists ta’ xhur sħaħ biex jingħataw servizz ta’ konsulenti. Jeħtieġ li f’dan is-settur ikun hemm ristruttuar ta’ swali li ma jistħoqqilhomx jissejħu swali għall-pazjenti. Fl-Isptar Monte Carmeli kemm pazjenti ikkurati fi kmamar tal-misħtija.
Stephen Spiteri qal li dan il-każ jindika traskuraġni fit-trattament tal-ilma fl-isptar toħloq emerġenza li l-gvern għandu jindaga.
//= $special ?>