Lokali

Il-Pulizija Maltija titlob li tinvestiga id f’id mal-Pulizija Taljana fil-każ tad-‘Dirty Oil’

Fl-aħħar siegħat il-Pulizija ta’ Malta talbet lill-Pulizija Taljana għad-dokumenti uffiċjali li ssemmew matul il-ġurnata tat-Tlieta fuq mezzi tax-xandir lokali u Taljani relatati mal-każ ‘Dirty Oil’.

Il-Pulizija istennija tinvestiga dawn id-dokumenti bħala parti minn xogħolha fl-indaġini li qed isiru fuq dan il-każ ukoll b’kuntatt dirett mal-Pulizija Taljana.