Lokali Parlament

Il-vjolenza domestika hi problema tas-soċjetà kollha

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Teherse Comodini Cachia qalet li l-problema domestika fil-pajjiż hi problema tas-soċjetà kollha u mhix biss tan-nisa jew tal-familji milquta mill-problema.

Meta tkellmet fil-parlament fid-dibattitu dwar il-liġi fuq il-vjolenza domestika Therese Comodini Cachia qalet li kien hemm 1,272 każ ta’ vjolenza domestika rappurtati għalkemm bl dubju li kien hemm iżjed każi li ma kinux rapporttati minħabba biża’.

Hemm ħafna nisa li qed isofru fis-skiet u ħafna familji mifnija b’din il-problema. Il-vjolenza domestika hi problema tas-soċjetà kollha iżda l-istess s-soċjetà baqgħet tonqoshom lil dawn in-nies. Il-pajjiż jista’ jingħaqad quddiem din il-problema u s-soċjetà għandha titkellem quddiem il-vjolenza domestika; ma tistax tibqa siekta.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li fl-Ewropa hemm problema ta’ vjolenza domestika li qed tolqot lil kull familja. Fir-realtà, din mhix problema tan-nisa biss iżda hi kwistjoni tas-soċjetà kollha. Minn stħarriġ jirriżulta li fl-2014, 15% tan-nisa Maltin kienu vittmi tal-vjolenza domestika mis-sieħeb tagħhom. Fl-aħħar għaxar snin inqatlu 15-il mara u kull waħda minnhom inqalet minn xi membru tal-familja. Is-sitwazzjoni fil-pajjiż wasslet nqatlet ukoll biex il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-istħarriġ juri wkoll li 47% tal-Maltin jemmnu li mara tkun ivvintat jew esaġerat quddiem. Dan hu perikoluż u inaċċettabbli fis-soċjetà fejn 40% tal-Maltin jemmnu li kienet il-mara li pprovokat l-abbuż waqt li 36% tal-Maltin jemmnu li hemm xi forma ta’ abbuż sesswali meta jkun hemm att bla kunsens tal-vittma.

Il-vjolenza domestika ma titwettaqx biss minn xi parti tas-soċjetà iżda tinsab f’kull livell tas-soċjetà. Din is-sitwazzjoni hi riżultat tas-supremazija tal-irġiel fuq in-nisa u ta’ minn min jaħseb li r-raġel għandu dritt ogħla min-nisa. Din hi mentalità korrotta, falza u miskina, sostneit Therese Comodini Cachia.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li hi taqbel li din il-Konvenzjoni tiddaħħal wara li din kienet iffirmata fl-2012 u ratfikata fl-2014. Is-soċjetà għandha dejn kbir mal-persuni li jagħtu kenn lil nisa u tfal biex salvawhom minn kriminalità ta’ abbużi u anki minn qtil.

Comodini Cachia sostniet li għandu jsir ivestiment ferm iktar fis-servizzi li jkunu offruti lin-nies abbużati. Ħafna djar ta’ kenn għandhom bżonn għajnuna finanzjarja biex in-nisa u t-tfal li jfittxuhom jerġgħu jidbew jgħixu ħajja b’dinjità. Dawn id-djar qed jispiċċaw jiddependu fuq il-karità.

Therese Comodini Cachia pproponiet li għandhom jintużaw fondi pubbliċi għal dan l-iskop għaliex dan hu skop ġenwin u pożittiv. Kull vittma ta’ vjolenza għandha tingħata l-għajnuna biex tgħix ħajja indipendenti u biex tagħżel it-triq tagħha fil-ħajja.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li kull uffiċjal tal-pulizija għandu jkun peparat sew quddiem il-vjolenza domestika u sostniet li l-pulizija li jwettqu dawn id-doveri għandu jkollhom l-appoġġ tal-kollegi kollha. Għalhekk hu meħtieġ iktar ivestiment u jkun hemm riżorsi għat-taqsima li tgħin lin-nisa msawta. L-azzjonijiet għandhom jittieħdu qabel isiru l-abbużi biex il-vittmi ma jkunux vittimizzati iktar.

Therese Comodini Cachia pproponiet li l-parlament iwaqqaf kumitat dwar din il-problema. Fil-fatt hemm parlamenti oħra li diġà għandhom kumitat simili. Dan għandu jkun sinjal ta’ rieda qawwija favur il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia l-pajjiż għandu juri iktar ir-rieda biex id-drittijiet tal-persuni vittmi jitħarsu. Din il-liġi m’għandha tħalli l-ebda possibbiltà biex jibqgħu jsiru l-abbużi. Il-liġi mhix titkellem biss fuq il-vjolenza fuq in-nisa jew is-sess iżda vjolenza fuq il-ġeneru. L-Opożizzjoni taqbel li kull forma ta’ vjolenza għandha tkun punita u għalhekk hu essenzjali l-liġi timplimenta dan bl-aħjar mod.