Lokali

Imniedi l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

It-Tlieta filgħaxija saret it-tnedija tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fiċ-Ċentru għall-Konferenzi f’Dar il-Mediterran il-Belt Valletta.

Il-programm t’attivitajiet se jikkonsisti f’konferenzi t’importanza letterarja u soċjopolitika, tnedijiet ta’ kotba u preżentazzjonijiet mill-awturi, attivitajiet għat-tfal, qari u ħafna iktar.

Il-viżitaturi tal-festival se jsibu armaturi ta’ pubblikaturi Maltin u barranin, ħwienet tal-kotba, distributuri u NGOs.

L-għan tal-Festival huwa li jippromwovi il-litteriżmu u l-qari, il-kotba bħala mezz ta’ tagħlim u tgawdija u li jnissel diskussjonijiet intelliġenti bejn il-pubbliku u l-kittieb. Studenti mill-iskejjel se jżuru l-festival matul il-ġimgħa fejn se jsibu għadd t’attivitajiet immirati għalihom. Il-Festival fl-istess jagħti spazju lill-pubbliku u aġenti kulturali oħra li jridu jippreżentaw xogħolhom lill-pubbliku.

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb  tiftaħ għat-tfal tal-iskejjel u l-pubbliku l-Erbgħa 8 ta’ Novembru filgħodu u tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 12 ta’ Novembru fid-9.30 ta’ filgħaxija.