Il-Kumitat PANA, l-Kumitat tal-Parlament Ewropew, li kien qed jinvestiga l-iskandlu tal-Panama Papers ppubblika r-rapport finali wara l-investigazzjonijiet tagħhom. B’kollox ħarġu disa’ konklużjonijiet li jikkonċernaw lil Malta.
F’dawn il-punti joħroġ ċar kif Malta kienet l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kellha ministru involut f’dan l-iskandlu, b’referenza għall-Ministru Konrad Mizzi, semmiet ukoll li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru naqas milli jikkoopera mal-kumitat PANA meta kien f’Malta biex jinvestiga dan il-każ.
Fil-konklużjonijiet tiegħu l-kumitat PANA jsemmi wkoll li minkejja li kien hemm evidenza biżżejjed biex tinvestiga, l-Pulizija baqgħet ma ħadet l-ebda azzjoni.
Fil-konklużjonijiet tiegħu dan il-kumitat isemmi wkoll li anke NEXIA BT naqset milli tidher quddiem dan il-kumitat u l-anqas ma wieġbet b’mod sodisfaċenti l-mistoqsijiet mibgħuta lilha.
Ir-rapport minn dan il-kumitat tal-Parlament Ewropew jsostni wkoll li l-istituzzjonijiet li suppost investigaw dan ir-reat huma lkoll politiċizzati. Jisħaq li hemm amministrazzjoni ħażina fil-pulizija b’mod partikolari minħabba li ma investigatx ir-rapporti tal-FIAU. Anke it-tax compliance ma għandhiex ir-riżorsi biżżejjed biex tgħaddi informazzjoni kif mitlub mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea.
Aqra r-rapport b’mod sħiħ billi tagħfas hawn.
//= $special ?>

