Joseph Mifsud, l-akkademiku Malti li qed jiġi suspettat li huwa wieħed mir-rabtiet ewlenin bejn il-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump u l-uffiċjali Russi, għeb.
Hekk qed jiġi rrapurtat fuq l-istazzjon ewlieni tal-aħbarijiet CNN hekk kif wara li ġie identifikat bħala figura ewlenija fl-investigazzjoni dwar l-influwenza Russa fil-kampanja Presidenzali Amerikana, Mifsud ilu ma’ jidher fl-Università f’Ruma fejn jgħallem minn nhar il-Ħamis. Rapporti tas-CNN sostnew li pruvaw jikkuntattjaw lill-Malti kemm-il darba madanakollu kollu kien ta’ xejn.
Sadanittant ħarġu aktar dettalji dwar Mifsud hekk kif f’affidavit Amerikan l-id il-leminija ta’ Trump, George Papadopoulos, sostna li lura f’April tal-2016, Mifsud qallu li r-Russi kellhom eluf ta’e-mails relatati ma’ Hillary Clinton. Sors qrib is-CNN ukoll allega li Joseph Mifsud kien jiftaħar li kellu kuntatti f’Moska u li kellhom materjal kompromettenti dwar Clinton. Dan kollu jikkontradixxi dak li qal il-Malti, jiġifieri li qatt ma tkellem dwar informazzjoni li kellhom ir-Russi dwar il-kandidata Demokratika.
Is-sors żvela wkoll li Mifsud kien qallu li diġà kien avviċinat u interrogat mill-FBI aktar kmieni din is-sena waqt żjara li għamel fl-Istati Uniti – allegatament lura fi Frar meta kien qiegħed f’Washington DC. Madanakollu l-ġimgħa l-oħra, Mifsud insista mal-gazzetta Taljana La Repubblica li d-diskors li qal Papadopoulos huwa kollu kemm hu ħrafa u li ma kellux idea dwar x’kellhom f’idejhom ir-Russi dwar Hillary Clinton.
Intant, is-sors ta’ CNN saħaq li lill-Malti kien avżaħ kemm-il darba dwar il-periklu li jiġi milgħub mir-Russi. Mill-banda l-oħra, nhar il-Ħadd waqt programm ta’ diskussjoni fuq stazzjon televiżiv Russu l-Malti spiċċa rredikolat u insistew li r-Russa li akkegatanebt laqqa’ lil Papadopoulos magħha ma kellha l-ebda kuntatti mal-Gvern Russu iżda kienet impostur.
//= $special ?>

