Basketball Sport

Jitilgħu l-poloz tal-BOV KO tal-Basketball

Iċ-Chief Officer tal-BOV Peter Perotti flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana (Ritratt: BOV)

Illum fil-Padiljun tal-Malta Basketball Association f’Ta’ Qali telgħu l-poloz tal-BOV KO taż-żewġ diviżjonijiet, fejn min-knock-out tal-ewwel diviżjoni teżisti l-possibbiltà li BUPA Luxol jilagħbu kontra Gżira Athleta, dejjem jekk tal-aħħar jegħlbu l-ostaklu ta’ Depiro.

Il-President tal-Malta Basketball Association Paul Sultana wera s-sodisfazzjon tiegħu għal fatt li tlesta l-ewwel fażi tal-proġett li fih tlesta l-proġett tal-Padiljun filwaqt li t-tieni fażi se tinvolvi l-irranġar tal-istands tal-partitarji, l-uffiċini tal-assoċjazzjoni u d-dressing rooms.

Iċ-Chief Officer tal-BOV Peter Perotti qal li bħala bank ilhom numru ta’ snin involuti fil-basketball u speċjalment fl-aħħar snin raw titjib sinifikanti. Hu qal li kien pass għaqli li sar il-court l-ieħor ħdejn il-padiljun prinċipali.

Perotti qal li l-isfidi prinċipali tal-MBA jibqgħu l-finanzi u qal li l-BOV għalhekk jgħin fl-iżvilupp taż-żgħażagħ u r-riżultati fl-aħħar snin juri titjieb tanġibbli.

Paul Sultana għamel aċċenb għall-kampjonat fejn qal li t-timijiet jidhru bilanċjati din is-sena b’Hibernians jidhru li għandhom xi ħaġa aħjar minn ħaddieħor. Iżda kompla jgħid li timijiet bħal Athleta u Luxol qegħdin hemm u Depiro flimkien ma’ Starlites għandhom  tim tajjeb biż-żgħażagħ.

Sultana wera s-sodisfazzjon li minkejja b’ritmu ftit aktar kajman milli mistenni, il-Basketball f’Malta qiegħed jikber b’aktar tfal jiżdiedu jilagħbu filwaqt li fil-livell tal-kbar hemm disa’ timijiet fit-tieni diviżjoni fosthom MSC Balkan Fusion li hu tim magħmul mill-barranin. Sultana għamel aċċenn ukoll għal dawk li jissejħu ‘local referees’ li jkunu barranin li jaħdmu f’pajjiżna, b’uħud minnhom jidħlu wkoll referees.

B’referenza għal dan, Sultana qal li fit-tieni sena ta’ din l-inizjattiva tranġaw ir-regoli u ħalla l-possibbiltà li r-regoli jinfetħu aktar.

Poloz tal-BOV KO tal-ewwel diviżjoni

Rawnd Preliminari

Il-Ħadd 28 ta’ Jannar

Athleta v Depiro                                   4.15pm

Semifinali

Il-Ħadd 25 ta’ Frar

Luxol v Athleta/Depiro                      12.45pm

Diviżjoni Amateur

Rawnd Preliminari

L-Erbgħa 6 ta’ Diċembru

Hibernians v Victoria Libertas          7.30pm

Kwarti tal-finali

Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru

Balkan Fustion v Athleta                     11.00am

Depiro v Starlites                                  12.45pm

Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru

Siġġiewi v Luxol                                     11.00am

Hibs/Victoria v Marvels                       12.45pm

Semifinali

Is-Sibt 10 ta’ Frar

Hibs/Victoria/Marvels v Dep/Sta      11.00am

Balkan/Athleta v Siġġiewi/Luxol        12.45pm

Il-finali taż-żewġ kompetizzjonijiet jintlagħbu s-Sibt 31 ta’ Marzu