Persuni li bħalissa qed jingħataw kura f’Monte Karmeli ilmentaw ma’ Net News għall-mod kif it-tmexxija qed tagħmel distinzjoni bejn il-pazjenti infushom, hekk kif bħalissa għaddej xogħol ta’ ristrutturar wara li waqgħu xi soqfa.
Dan is-sit hu nfurmat li fis-sigħat li ġejjin se jibda xogħol fis-sala 3B. Iżda filwaqt li mat-12-il pazjent se jittieħdu f’Dar tal-Anzjani partikolari, 20 persuna oħra se jinżammu f’Monte Karmeli waqt li fis-sala jkunu għaddejin ix-xogħlijiet.
Pazjenti li tkellmu magħna qalulna li din hija mhux biss diskriminazzjoni iżda nuqqas ta’ rispett lejn il-pazjenti infushom li jingħataw kura f’Monte Karmeli.
//= $special ?>