Id-deċiżjoni tal-Qorti li sabet lill-Ministru Manuel Mallia u lill-eks-Kummissarju tal-Pulizija Pietru Pawl Zammit ħatja ta’ aġir irregolari u li marru lil hinn mis-setgħat mogħtija lilhom, tiddomina l-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon tal-lum.Stejjer oħrajn ewlenin jirrappurtaw id-diskors li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija fejn saħaq li l-Oppożizzjoni se tieħu l-passi kollha neċessarji biex l-istituzzjonijiet tal-pajjiż jerġgħu jibdew jissaħħu.
Il-ġurnal jagħti wkoll importanza l-appell tal-Kummissjoni Ambjent fi ħdan il-Knisja f’Malta dwar il-politika tal-ippjanar f’pajjiżna fejn qed tikkrtika kif hawn ftit qed igawdu u oħrajn qed isofru minħabba t-tgawdija tal-ftit, kif ukoll it-traġedja oħra li seħħet fil-Mediterran fejn aktar immigranti tilfu ħajjithom jew huma mitlufa f’attentat ieħor biex jaqsmu lejn il-kontinent Ewropew.
Fl-opinjonijiet tal-lum insibu l-analiżi poliitka tal-MEP David Agus, ta’ Justin Schembri u Mark Anthony Sammut.
//= $special ?>