Il-kumpanija Ingliża tax-xandir, Sky, ħabbret li hemm possibbiltà li tista’ tagħlaq is-Sky News jekk jinħass li din il-fergħa tal-kumpanija tkun ta’ ostaklu biex tinkiseb mill-kumpanija l-oħra tax-xandir Twenty-First Century Fox ta’ Rupert Murdoch.
Bħalissa x-xiri ta’ 61 fil-mija tal-ishma tas-Sky mill-Fox diġà qed tkun investigata mill-Competition and Markets Authority (CMA) u li qed tinvestiga wkoll jekk ix-xiri tas-Sky mill-Fox ikollu impatt fuq il-pluraliżmu fix-xandir fil-pajjiż.
In-News Corp ta’ Murdoch diġà hi sid ta’ The Times u The Sun fir-Renju Unit.
Sky News ilu jxandar għal dawn l-aħħar 28 sena f’107 miljun dar f’138 pajjiż.
L-isforz tal-Fox biex jieħu l-kontroll sħiħ tas-Sky jiswa mal-11.7 biljun Lira Sterlina.
Possibbiltà li jagħlaq is-Sky News


