Il-Kumpaniji l-Kbar tal-assikurazzjoni mistennija li jgħollu l-‘premiums’ fuq l-assikurazzjoni tal-karrozzi u dan minħabba telf li qed tagħmel din l-industrija.
Żvela dan il-ġurnal The Malta Independent li qal li l-ewwel kumpanija li ddikjarat din id-deċiżjoni kienet MAPFRE Middlesea f’komunikat mal-klijenti tagħha. Il-kumpanija spjegat li dawn iż-żidiet huma marbuta ma żieda konsiderevoli ta’ claims.
MAPFRE fl-ittra lill-klijenti qalet li għalkemm kienet l-ewwel insurance li ħabbret dawn iż-żidiet hu mistenni li l-kumpaniji l-oħra tal-assikurazzjoni jagħmlu l-istess.
The Malta Independent qed tgħid li ż-żieda fl-assikurazzjoni mistennija tkun ta’ bejn għaxra u ħmistax fil-mija u dan qed ikun ikkawżat minħabba l-ammont dejjem jiżdied ta’ inċidenti, midruba u wkoll fatalitajiet.
F’kummenti lil The Malta Independent id-direttur Generali tal-Assoċjazzjoni tal-Assikurazzjonijiet f’Malta spjega li din l-assoċjazzjoni ma kienetx konxja ta’ dawn iż-żidiet għaliex huma il-kumpaniji individwali li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet u ma jkunux diskussi internament.
//= $special ?>

