Futbol Sport

Silvio Vella jagħmel żewġ bidliet fl-iskwadra nazzjonali ta’ taħt il-21 sena

Silvio Vella (Ritratt: Domenic Aquilina)

Il-plejer ta’ St. Andrews Jacob Walker u Michele Sansone ta’ Sliema Wanderers kienu inklużi fl-iskwadra Maltija ta’ taħt il-21 sena għal partita minn Grupp 6 kontra t-Turkija.

Walker li għandu 20 sena, ħa post il-midfielder ta’ Birkirkara Matthew Guillaumier li kellu jirtira mill-iskwadra wara li weġġa’ fl-aħħar logħba kontra Balzan u se jdum barra mill-azzjoni madwar xahrejn. Il-kowċ nazzjonali Silvio Vella sejjaħ lil Sansone biex jieħu post Myles Beerman li tneħħa wkoll mill-iskwadra tal-kbar minħabba raġunijiet dixxiplinarji.

ll-logħba kontra t-Turkija hi l-ewwel logħba tat-tim Malti f’din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni wara li l-ewwel erba’ logħbiet ntlagħbu barra minn Malta, b’erba’ telfiet li tlieta minnhom waslu fl-aħħar minuti tal-logħob. L-aħħar logħba li lagħbu ż-żgħażagħ Maltin kienet fl-10 ta’ Ottubru, bit-tim Malti jitlef 3-0 kontra l-Iżvezja f’Helsinborg.

It-Turkija għandhom sa issa żewġ punti mill-ewwel tliet logħbiet. Fl-aħħar logħba, it-Turkija spiċċaw if draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Ungerija.

Skwadra Maltija

Gowlkipers: Jake Galea (Ħamrun Spartans), Philip Schranz (Birkirkara)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), James Baldacchino (Floriana), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Dunstan Vella (Hibernians), Kurt Zammit (Birkirkara)

Midfielders: Jacob Walker (St. Andrews), Dexter Xuereb (Mosta), James Brincat (Tarxien Rainbows), Jake Grech (Birkirkara), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Zachary Scerri (Gżira United), Juan Corbolan (Gżira United)

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Joseph Mbong (Hibernians), Kyrian Nwoko (Valletta), Zachary Brincat (Mosta)