Lokali

Żagħżugħ ta’ 25 sena rrapurtat nieqes

Hanibal Mohamed Al Mabrouk

Hanibal Mohamed Al Mabrouk ta’ 25 sena ġie rrapurtat nieqes. Hu deher l-aħħar nhar l-4 ta’ Novembru għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu f’Bormla.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, huwa mitlub biex jgħaddiha lil pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, billi jċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 119 jew 21224001 jew billi jmur f’Għassa tal-Pulizija.