Fabio Cannavaro se jerġa’ jmexxi lit-tim ta’ Guangzhou Evergrande Taobao hekk kif se jkun qed jieħu post Luiz Felipe Scolari.
Cannavaro,eksplejer tat-tim nazzjonali Taljan kien dam biss seba’ xhur imexxi lit-tim u kien tkeċċa mill-kariga fl-2015. L-ewwel darba li kien beda jmexxi lil Guangzhou kien ħa post l-ekskowċ Marcello Lippi.
L-aħħar tim li mexxa Cannavaro kien dak ta’ Tianjin Quanjian.
Aguero mistenni jitlaq lil Man City
L-attakkant Sergio Aguero qal li la darba jiskadielu l-kuntratt minn ma’ Manchester City ma jaħsibx li se jġeddu u jmur jilgħab ma’ Independiente, il-klabb li miegħu beda l-karriera professjonali.
Aguero kien ingħaqad ma’ Man City fl-2011 meta dakinhar ħalla lil Atletico Madrid u f’dawn l-aħħar ġimgħat ġie ippremjat hekk kif ftit jiem qabel kien sar l-iktar plejer li qatt skurja gowls għal Manchester City.
Aguero spjega li għandu għażla li jista’ jġedded il-kuntratt b’sena oħra mas-Citizens imma għadu ma jafx x’se jagħmel.