Futbol Sport

FUTBOL – Advocaat mhux se jibqa’ jmexxi lill-Olanda

Dick Advocaat ħabbar li mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim nazzjonali Olandiż la darba jiskadi l-kuntratt tiegħu. Advocaat, li għandu 70 sena ħa post Danny Blind li kien tkeċċa f’Mejju li għadda u għalih din hi t-tielet darba li qed imexxi lill-Olanda.

Minkejja li taħt it-tmexxija ta’ Advocaat l-Olanda rebħu erbgħa minn ħames partiti mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, t-tim ma għaddiex għat-turnament li se jsir fir-Russja.

Issa l-Olanda se tilgħab r-Rumanija u wara Advocaat se jħalli l-kariga.