It-Taljan Paolo Favaretto hu s-suċċessur ta’ Steve D’Amato bħala kowċ ta’ Senglea Athletic. Dan tal-aħħar m’għadux fit-tmexxija teknika tal-klabb u Favaretto kien ilu Malta għal dawn l-aħħar jiem hekk kif it-tmexxija Taljana fil-klan ta’ Senglea, għażlet lil dan il-kowċ bħala l-persuna responsabbli mit-tmexxija tat-tim.
L-aħħar darba li D’Amato mexxa lil Senglea kien fi tmiem il-ġimgħa fit-telfa ta’ 3-0 kontra Floriana.
D’Aamto u l-Kumitat ta’ Senglea waslu fi ftehim reċiproku sabiex hu ma jibqax imexxi lit-tim.
Fil-passat, Favaretto kellu żewġ esperjenzi bħala manager ta’ Venezia Calcio, fejn saħanistra kien plejer tagħhom fis-snin 80.
Favaretto se jkun qed jiddebutta bħala kowċ ta’ Senglea fil-partita ta’ nhar is-Sibt, 18 ta’ Novembru kontra Mosta. Intant, l-istess Mosta fl-aħħar jiem ippreżentaw żewg akkwisti barranin oħra, it-Taljan Daniele Biondo u l-Brżiljan Wendel Alex Dos Santos li it-tnejn li huma għandhom 26 sena.
Biondo li huwa midfielder, lagħab għal diversi clubs fis-serie C u D fl-Italja fosthom AC Rilancio Messina, Savona Fbc u FC Grosseto.
Min naħa l-oħra Wendel, li jilgħab bħala midfielder offensiv, fost oħrajn lagħab għal Clube Atlético Mineiro u Paraná Clube fis-Serie A u B Brażiljana rispettivament.
NAXXAR – Id-difensur ta’ 21 sena Ryan Gilmour Cassar ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Naxxar Lions.