Lokali

Aġġornata: Jisraq minn ħanut fis-Swatar u jaħrab b’rota

Illum waranofsinhar, persuna mhux magħrufa daħlet fil-ħanut Convenience Shop fi Triq Ġużeppi Calleja s-Swatar twettaq serqa b’arma tan-nar.

Fil-ħin tas-serqa l-ħanut kien miftuħ u l-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’rota u b’ammont konsidervoli ta’ flus.

Hu magħruf li ħadd ma weġġa’.

Bħalissa fuq il-post hemm il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet waqt li fiż-żona qed isiru t-tfitxijiet għall-ħalliel.

Inkjesta maġisterjali qed issir mill-Maġistrat Monica Vella.