Rapporti mill-Ġermanja qalu li eksinfermier seta’ qatel talanqas 100 persuna fiż-żewġ sptarijiet fejn kien qed jaħdem. L-indikazzjonijiet ġejjin minn diversi testijiet tossikoloġiċi relatati mal-każ.
Id-detektivs jemmnu li Niels Hoegel, li diġà qed iservi sentenza ta’ ħabs għal għomru għal żewġ omiċidji, kien amministra dożi fatali ta’ mediċina tal-qalb lill-pazjenti li kienu taħt il-kura tiegħu.
L-allegati omiċidji jidhru li saru b’mod sistematiku u jingħad li Hoegel kien amministra d-dożi bil-għan li jerġa’ iġib il-pazjenti f’sensihom u jimpressjona lill-kollegi — iżda ġara li ħafna mill-pazjenti spiċċaw imutu b’konsegwenza.
L-akkużi ġodda kontra l-eksinfermier mistennija jitressqu forlament is-sena d-dieħla.
//= $special ?>

